Minkejja l-isfidi li sarulu, biex jekk verament jemmen lil kliemu stess fuq trasparenza u accountability, jippubblika l-lista tal-ismijiet li qegħdin fl-iskema ta’ dejn sigriet, Busuttil qed jippersisti li jkompli jaħbi.
Fi Stqarrija l-Partit Laburista spjega li din l-iskema ta’ dejn sigriet biex tiffinanzja lill-Partit Nazzjonalista ,tqajjem dubbji kbar, mhux biss għax kienet skema msejsa sabiex tevadi l-liġi tal-finanzjament tal-Partiti mal-ewwel ċans possibli, iżda għax hija skema li tixbaħ skemi ta’ ħasil ta’ flus, fejn ma tafx min huma n-nies, ma tafx il-flus minn fejn ġejjin u ma tafx l-ammonti tal-flus.
Filwaqt li l-banek Maltin għandhom sistemi rigoruzi ħafna, kulħadd jista’ jaqbad imur għand il-Partit Nazzjonalista.
Il-Partit Laburista stqarr li se jkompli jtenni l-isfida tiegħu biex il-Kap tal-Oppożizzjoni jippubblika immedjatament u mingħajr aktar telf taż-żmien il-lista tal-persuni wara din l-iskema biex ineħħi kull dubbju li jeżisti.