Il-Kap tal-Oppożizzjoni lanqas jemmen f’opportunitajiet għal kulħadd fil-Partit tiegħu stess. Aħseb u ara kemm jista jippriedka fuq opportunitajiet għal kulħadd fil-pajjiż kollu.
Il-Partit Laburista spjega li filwaqt li qed jibqa jaqbeż għal Viċi Kap tiegħu Beppe Fenech Adami li kien direttur ta’ kumpanija involuta f’ħasil ta’ flus minn traffikar ta’ droga, Simon Busuttil illum reġa għażel li jattakka l-investiment ta’ 300 miljun ewro fuq is-sit tal-ITS li nnegozja mal-Gvern il-Viċi Kap tiegħu Mario de Marco.
F’dan l-attakk Simon Busuttil reġa ħareġ ta’ falz. Għaliex kien hu stess li personalment esiġa mal-istess investituri li jiffinanzjaw lill-Partit Nazzjonalista fost oħrajn billi jħallsulu l-pagi tal-kap eżekuttiv u tas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalsita bi ksur tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti.
L-istqarrija tal-Partit Laburista tgħid li filwaqt li kompla għaddej fuq id-diska miksura tiegħu dwar governanza u t-trasparenza, ma lissinx kelma fuq il-konferma tal-lum li l-invoices li ħareġ għad-donazzjonijiet tad-DB Group huma foloz u illegali għaliex intużat kumpanija li tagħmel l-ikel tal-Air Malta u li tagħha qatt ma rajna riklami u fil-verita m’għandiex bżonn riklami. Mhux ta’ b’xejn li Simon Busuttil beża li jippublika l-invoices minkejja kull sfida.
Illum kulħadd jagħraf li, meta jkellmek Simon Busuttil, tħares f’wiċċu u tinduna ma jkunx qed jgħidlek il-verita – PL