Is-skiet ta’ Simon Busuttil u tal-Partit Nazzjonalista dwar il-ksur tal-liġi tal-Parlament Ewropew jista’ jinfthiem b’mod ċar stqarr is-Segretarju Parlamentari Ian Borg f’ konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista.
Is-suppost stqarrija tal-PN ma ċaħdet xejn mill-kontenut tal-istorja li żvelat il-Kullħadd.
Ir-regoli tal-Parlament Ewropew jagħmluha ċara kif l-ebda fondi tal-MEPs mgħandhom jaslu b’mod dirett jew indirett għand partiti politiċi fisser Borg.
Il-MEPs Laburisti jafu dan u għalhekk għandhom uffiċini madwar Malta u ma joperawx miċ-ċentru nazzjonali laburista.
Jekk dan hu l-istat ta’ kif Busuttil jipprova jsib is-soluzzjonijiet tal-finanzi, mur ġibu x’jagħmel jkun fdat bil-finanzi tal-pajjiż irrimarka Borg.
Minn meta bdiet titħaddem il-liġi tal-finanzjament tal-partiti, dan hu t-tielet kapitlu ta’ illegalita li bih il-Partit Nazzjonalista qed jinganna l-liġi wara li kienu żvelati l-iskema ċedoli u l-iskema pagi pn, fakkar il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Gino Cauchi.
Li innota kif il-poplu għadu qed jistenna lill-Partit Nazzjonalista jippubblika l-invoices foloz għall-flus li ħa mingħand DB group biex iħallas lill-ogħla uffiċjali tiegħu.
“Din hi riċetta perfetta għal maċedonja t’illegalitajiet”
Il-mistoqsija naturali hi jekk kienx għalhekk li l-Partit Nazzjonalista kaxkar saqajh biex ma jdaħħalx il-liġi tal-finanzjament tal-partiti tul il-ħamsa u għoxrin li kien ilu fil-gvern.
Hemm xi skema ta’ finanzjament illegali oħra? Saqsa Cauchi, li appella lill-MEPs nazzjonalisti biex minflok jippublikaw dikjarazzjonijiet bla dettalji u bla ċaħda, jiċċaraw is-sitwazzjoni huma stess.
Jekk jibqgħu siekta, se nibqgħu noħorġu d-dettalji flimkien mal-provi ta’ dan l-iskandlu qal Gino Cauchi.
“Min ma jkollux x’jaħbi jitlob biex jiġi investigat u mhux jipprova jwaqqaf l-investigazzjoni kif diġa għamel fil-każ ta’ skema pagi PN”
Ian Borg stqarr kif għal kuntrarju ta’ kif għamel Joseph Muscat li ħalla f’idejn is-sistema ġudizjarja biex tinvestiga l-każ u toħroġ il-verita, Simon Busuttil għadu m’ aċċettax l-isfida tal-Prim Ministru biex jagħmel l-istess.
Ikun tajjeb li kieku l-MEPs nazzjonalisti jippubblikaw l-audit sħiħa qalu l-kelliema tal-Partit Nazzjonalista biex naraw fejn marru l-flus filwaqt li appellaw lill-kap tal-Oppożizzjoni biex jilqa’ l-isida tal-Prim Ministru.