Wara li nqabad jikser il-liġi tal-finanzjament tal-partiti li l-Partit Nazzjonalista dejjem kaxkar saqajh dwarha, issa Simon Busuttil ħatar kummissjoni dwar il-finanzjament tal-partiti.
Simon Busuttil hu falz mela jgħid li din hija sistema li wiret u jrid jirranġaha. Kellu 4 snin biex jirranġaha u m’għamel xejn. Minflok, investa ħinu biex joħloq sistema ta’ ċedoli biex idur mal-liġi u issa nqabad b’ sistema ta’invoices foloz għal servizzi li qatt ma ngħataw – Partit Laburista
Fi stqarrija l-Partit Laburista spjega li Simon Busuttil għadu ma weġibx jekk għandux aktar impjegati mħallsa u donazzjonijiet illegali b’ sistema ta’invoices foloz u jekk hux se jerfa r-responsabiltà li ma ddikjarahomx kif titlob il-liġi.