Id-diskorsi partiġġjani, negattivi u stejjer tal-waħx li l-Partit Nazzjonalista vvinta dalgħodu jirriflettu biss storja waħda: Il-Partit Nazzjonalista u Simon Busuttil ireġġgħu l-arloġġ lura biex f’Malta niġġeneraw l-enerġija bil-Heavy Fuel Oil u ngħollu l-kontijiet.
Fi stqarrija l-Partit Laburista fisser kif Simon Busuttil huwa negattiv u bitter. L-inkonsistenzi li ħarġu f’dawn il-jiem minn Busuttil u l-partit tiegħu b’Ann Fenech tgħid li “qatt u qatt ma qalet li t-tanker huwa perikoluż” jikkonfermaw ħaġa waħda biss; li l-Partit Nazzjonalista u Simon Busuttil ireġġgħu l-arloġġ lura għad-diżastru li sab dan il-Gvern fil-qasam tal-enerġija.
Dalgħodu ħareġ ukoll ċar u tond li l-unika persuna li ddaħħal flus fil-but minn tankers tal-LNG hija l-President tal-Partit Nazzjonalista u Busuttil. Għall-but t-tankers huma tajbin, għall-Malti u l-Għawdxin it-tanker huwa ħażin.
Il-Partit Nazzjonalista u Busuttil ireġġgħu l-arloġġ lura tliet snin u nofs.