Wara li għamel 4 snin mingħajr ma jgħid xejn, issa l-Kap tal-Oppożizzjoni, tkixxef dwar dak li qed jaħdem fuqu l-Gvern u ħareġ erba’ proposti bla ħsieb ta’ xejn, kemm jgħid li ħareġ b’xi ħaġa.
Il-Partit Laburista fi stqarrija fisser kif il-Gvern qed jagħmel dak li l-Partit Nazzjonalista qatt m’għamel, dak li llum Simon Busuttil qed jitkellem fuqu 25 sena tard.
Sfortunatament għall-Kap tal-Oppożizzjoni, il-poplu jaf li min-naħa hemm Busuttil li jparla biss, għax lil min tafu ssaqsiex għalih u min-naħa l-oħra hemm Gvern li jaġixxi, li qed jaħdem fuq il-qasam tat-trasport bħal mhu qed jaħdem fl-oqsma l-oħra.
Il-poplu ma jridx il-paroli ta’ Simon Busuttil, iżda jrid lil dan il-Gvern li jissokta fil-ħidma tiegħu