Huwa ċar li l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni lanqas jaf jagħmel matematika sempliċi u huwa amateur fil-qasam tax-xogħol. Jew amateur, jew għandna konferma oħra li huwa l-iktar politiku giddieb fl-istorja ta’ pajjiżna. Dan intqal fi stqarrija tal-Partit Laburista.
Jekk wieħed iħares lejn l-ammont ta’ nies impjegati mal-Gvern skont l-aħħar statistika ppubblikata, f’Awwissu 2016 kien hemm 44,489 persuna jew 94 persuna aktar meta kkumparat ma’ Awwissu 2015. Matul l-istess perjodu l-qgħad niżel minn 4,914 f’Awwissu 2015 għal 3,261 f’Awwissu 2016, tnaqqis ta’ 1,653 ruħ.
Dawn iċ-ċifri juru bl-aktar mod ċar li Simon Busuttil li qal li se jkollna bailout u li l-qgħad se jisplodi għal 8,000 ruħ, huwa amateur u giddieb fi kliem il-Partit Laburista.