Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, irrifjuta li jkun iddikjarat il-vot ta’ kull deputat Parlamentari dwar il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ.
Kien il-Prim Ministru Joseph Muscat li qam fil-Parlament jitlob biex kull deputat jiddikjara l-vot tiegħu.
Iżda, skont il-proċeduri Parlamentari din it-talba ma setgħetx issir minn naħa tal-Prim Ministru u għalhekk kellu jaqbel il-Kap tal-Oppożizzjoni. Simon Busuttil, li dwar din il-kwistjoni għandu inkwiet kbir fil-grupp Parlamentari, irrifjuta.
Iżda f’dak il-mument qam Edwin Vassallo u qal li se jerġa’ jivvota kontra b’imkejjen fil-Partit Nazzjonalista jgħidu ma’ one.com.mt li li kieku kien hemm ċans ta’ dikjarazzjoni tal-vot deputati oħra tal-PN kienu jsibuha diffiċli jivvotaw favur. Fil-fatt iktar kmieni żvelajna x’intqal fl-aħħar grupp Parlamentari.