Fl-istess waqt li qed isostni li l-politika tal-Gvern hija l-politika li jgawdu minnha l-ftit, Simon Busuttil kritika lill-Gvern għaliex jemmen li fil-baġit li ġej se jħabbar xi roħs li minnu se jgawdi kulħadd għaliex għal Busuttil, li jkollok baġit fejn tħabbar roħs u inċentivi favur il-poplu huwa negattiv.
Filfatt, sostna l-Partit Laburista, Simon Busuttil ma jistax inizzel il-fatt li fit-tkabbir ekonomiku u x-xogħol, Malta hija l-aqwa fl-Ewropa. Altru milli bailout. Dak li se jitħabbar fil-budget li jmiss bħal ma sar fit-tliet budgets preċedenti huwa parti mir-roadmap li l-Partit Laburista fassal għal pajjiżna: jiġifieri li joħloq il-ġid u jqassmu fost kulħadd.
L-istqarrija tal-Partit Laburista temmet tgħid li Busuttil lanqas ta’ madwaru m’huma jemmnuh u kliemu huma xhieda biss ta’ Kap li qed jissielet kontra l-inkwiet intern li għandu fil-partit tiegħu stess. Simon Busuttil is a politically broken leader playing a broken record.