Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, ħa commission minn ftehim marbut mal-iskandlu taż-żejt. Iffaċjah b’dan il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt id-dibattitu fuq Xarabank.
Joseph Muscat żvela kif każ li kien ilu disa’ snin il-Qorti nqata’ b’kumpens mill-kabinett ta’ Lawrence Gonzi appena Simon Busuttil sar Viċi-Kap. Tax-Shell ħadu €5 miljun għax kienu żvantaġġjati mill-mod kif jinxtara ż-żejt f’dak li hu l-ikbar skandlu fl-istorja politika ta’ pajjiżna.
U mill-€5 miljun li ħadu x-Shell, Simon Busuttil gawda bil-commission. Busuttil qal lil Muscat li mhux se jħammġu, iżda Muscat kien ċar “int maħmuġ.”