Bid-difiża tiegħu ta’ Giovanna Debono fl-aħħar jiem, il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jiddefendi u jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal racket sħiħ li sar f’Għawdex fiż-żmien li Debono kienet il-Ministru responsabbli u li dwaru llum issoktat ix-xhieda fil-Qorti.
Mix-xhieda tal-llum komplew joħorġu fil-beraħ każijiet fejn ir-raġel tal-eks-Ministru għal Għawdex, Tony Debono, kien iwettaq xogħolijiet fil-privat billi juża riżorsi tal-Gvern u dan sabiex jaġevola l-pożizzjoni elettorali tal-mara tiegħu.
Minkejja dan il-fatt li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jibqa’ jiddefendi dan il-każ fejn l-akkużat huwa mtella’ l-Qorti bit-13 –il Kap ta’ akkuża u b’xhieda ċara kristall ta’ dak li kien jiġri. Dan juri kemm Busuttil quddiem il-ħazin, quddiem il-korruzzjoni, huwa bla saħħa minkejja li jitkellem ħafna.
Wieħed irid ifakkar li fuq dan l-istess każ li kien għal Simon Busuttil dan ir-racket kien jibqa’ għaddej, meta flok mar għand il-Pulizija meta sar jaf bil-każ, ċanfar lil dak li llum huwa l-whistleblower għax baqa’ għaddej bix-xogħol minkejja li kienet se tintilef l-elezzjoni.
Minkejja l-ħafna paroli u mass meetings partiġġjani, Busuttil qas jemmen lil kliemu stess. Il-Kap tal-Oppożizzjoni m’għandu l-ebda kredibiltà.