L-ex Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil talab lill-Prim Ministru sabiex jieqaf jagħmilha tal-vittma dwar il-gidba Egrant.
Busuttil qal dan fuq Twitter ftit tal-minuti biss wara li l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia tilef il-kawża li fetaħ huwa stess sabiex ikollu kopja tar-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant.
F’Lulju li għadda, l-Avukat Ġenerali ppubblika 50 paġna ta’ konklużjonijiet tal-inkjesta indipendenti tal-Imħallef Aaron Bugeja li giddbu bl-aktar mod ċar il-kampanja li kien mexxa Simon Busuttil meta kien qal li Egrant hija tal-familja tal-Prim Ministru. B’reazzjoni għal dawn il-konklużjonijiet Adrian Delia kien talab għas-sospensjoni ta’ Busuttil mill-grupp parlamentari Bazzjonalsita iżda tal-aħħar baqa’ jwebbes rasu sakemm il-Kap kellu jmur lura minn kelmtu u ħallih parti mill-grupp parlamentari.