F’intervista fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista , il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li x-xahar ta’ Settembru huwa x-xahar tal-Partit Nazzjonalista. Il-fatti juru li bħal kwalunkwe xahar ieħor fuq il-kalendarju, Settembru huwa x-xahar tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.
Dan għax:-
· L-aġenzija ta’ kreditu Moody’s ikkonfermat mill-ġdid ir-rating A3 ta’ pajjiżna, u kkonfermat li l-aspettativi tagħha għal Malta baqgħu stabbli. Moody’s tgħid li l-ekonomija ta’ pajjiżna hija b’saħħitha, speċjalment fid-dawl ta’ livell għoli ta’ kompetittività.
· L-Awtorità tal-Ippjanar approvat l-applikazzjoni għar-restawr tal-Isptar San Luqa wara snin ta’ telqa taħt Gvern preċedenti filwaqt li f’Mater Dei ma kienx hemm biżżejed soddod. Dan hu pass importanti ieħor għall-investiment ta’ €200 miljun fil-qasam tas-saħħa li jinvolvi apparti l-Isptar San Luqa, l-isptar Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
· Investiment ta’ €9miljuni fi Sptar ġdid, St. Thomas Hospital li se jiġġenera 40 impjieg ġdid u jkun partner mal-Gvern biex jagħmel operazzjonijiet biex jitnaqqsu l-waiting lists
· Malta kisbet rekord ieħor fil-ġlieda kontra l-qgħad hekk kif għat-tieni xahar konsekuttiv Malta baqgħet il-pajjiż bl-inqas rata ta’ qgħad madwar l-Unjoni Ewropea.
· Għall-ewwel darba ittieħdet deċiżjoni biex ikun hemm regoralizazzjoni tal-fish farms sabiex jiġi protett il-kwalita’ tal-ilma baħar
Minħabba dan kollu , Settembru li għadu fil-bidu tiegħu hu tal-Maltin u l-Għawdxin kollha u mhux tal-Partit Nazzjonalista biss kif qal l-Kap tal-Oppożizzjoni. Fi stqarrija l-Partit Laburista spjega li n-nies ta’ madwar Simon Busuttil stess warbu din in-negattivita’ u mhux jemmnuh, Busuttil huwa miżgħud bi problemi interni minħabba tmexxija dgħajfa.