Simon Busuttil illejla sejjaħ lill-Prim Ministru “redikolu” u “prużuntuż”.
F’Ħal Lija qal li “jekk hemm ir-Russja magħna, issa sirna Forza Internazzjonali”.
Qal ukoll li tant ħarġet bi proposti l-Forza Nazzjonali, li għandhom mhux assorbiti. Dan meta hija elezzjoni bbażata fuq prinċipji, skont Simon, u l-manifest tħalla għall-aħħar sekondi.
Simon Busuttil qal li għandu partit innovattiv, għax irid joħloq faċilitajiet sportivi li jużawhom kemm atleti professjonali kif ukoll nies li mhux professjonisti. Bħal m’huma ħafna mill-faċilitajiet madwar Malta u Għawdex. Qal li bih fil-Gvern, se jara li avvenimenti sportivi kbar internazzjonli jiġu lejn Malta. Dan meta m’hu f’ebda pożizzjoni jiddeċeidi hu fejn isiru. “Napplikaw…dik hi s-serjetà” qal Busuttil. Qal ukoll li Partit Nazzjonalista se jipprepara biex il-Belt Valletta tkun Belt Kapitali tal-Kultura…ħaġa li diġà qed isseħħ. Simon Busuttil qal li se jraħħas il-prezz tal-fuel, imma ma qalx kif se jagħmel dan u x’effett ekonomiku jkollu.
Fuq kollox qal li jrid joħloq l-eluf ta’ mpjiegi, meta Partit Nazzjonalista fil-Gvern għandu rekord tal-ikbar ammont ta’ qgħad fl-istorja.
Qabel Simon Busuttil, tkellmu numru ta’ kandidati. Ikoll b’xi ħaġa partikolari xi jgħidu. Għal Claudette Buttiġieġ, l-elezzjoni qisha referendum, u m’hemmx għalfejn tipproponi proposti. Warajha eżatt, Therese Commodini Cachia qalet li l-proposti tal-PN juru l-viżjoni tal-partit…imma nistgħu nkunu nafuhom biss wara li l-poplu jagħzel Malta.
Georgio Schembri qal li wara t-tlieta ta’ Ġunju, Simon Busuttil se jagħmel Malta state of the art. David Thake qal li f’erba’ snin, Joseph Muscat qatt ma qal il-verità. Norman Vella werwer li se tikrolla l-ekonomija Maltija u b’referenza għall-Forza Nazzjonali qal “aħna diġà rbaħna”. David Agius qal li SImon Busuttil jista’ jibqa sejjer minn Ħal Lija dritt għal Kastilja.
Beppe Fenech Adami ħawwad Ħal Lija ma’ Ħal Balzan, u kellhom jikkoreġuh in-nies. Fenech Adami, li għamel miljun ewro b’mod mhux magħruf, qal li Gvern ġdid Nazzjonalista mhux se jdaħħal miljuni fil-but. Qal li jrid ikompli jikkonvinċi lin nies li l-pajjiż għaddej minn żmien diffilċli.