Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil għadu kemm għajjar mixtrija lil dawk li jaħdmu biex tkun implimentata l-politika tal-Gvern. Qal ukoll li dan il-Gvern ibgħabas fis-sistema elettorali. Qal li l-Pulizija huma ikkontrollati minn dan il-Gvern.
Meta tkellem fil-każin tal-Partit Nazzjonalista fil-Ħamrun, Simon Busuttil kwota kemm-il darba lill-kandidat Salvu Mallia (magħruf għall-attakki kontinwi bl-aktar kliem vulgari kontra persuni Laburisti fuq Facebook) u saħansitra tkellem dwar il-Presidenza bħala “dak li għamilna aħna” u għal darb’oħra infexx jikkritika programm li qed irendi u jħalli frott fl-ekonomija Maltija – il-programm ta’ ċittadinanza b’invetsiment.
Busuttil qal li dan huwa gvern populist, għax jagħmel hijacking ta’ istituzzjonijiet pubbliċi. “Araw din tfakkarkomx f’xi ħaġa” sostna, filwaqt li dawk li kienu qed jisimugħ instemgħu jċapċpu u jidħku.
Donnu implika li l-Gvern għamel xi forma ta’ hijacking – meta l-unika hijacking li sar kien dak f’Diċembru li għadda. Hijacking li tgħidx wera interess fih ix-Shadow Minister għall-Ġustizzja Jason Azzopardi, li qed jirrappreżenta wieħed mill-pirati tal-ajru li niżżlu ajruplan maħtuf hawn Malta. Saħansitra ħa l-inizjattiva li jmur iżur lil klijent tiegħu fil-Facilità Korrettiva ta’ Kordin.
Filwaqt li għajjar b’korruzzjoni mingħajr ma ssostanzja kliemu, Simon Busuttil ma spjegax għaliex Jason Azzopardi għadu ma refa ebda resposabbiltà dwar il-każ tal-art tal-Lowenbrau, kif qallu jagħmel l-Awditur Ġenerali. Lanqas ċaħad li l-kuntrattur Zaren Vassallo, li tant mar tajjeb bid-deal tal-Lowenbrau, iltaqa’ ma’ dak iż-żmien Ministru Jason Azzopardi u qallu li xi ħaġa jirranġaw.