L-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil reġa’ nqabad jigdeb fil-konfront ta’ Konrad Mizzi meta allega li l-Ministru ma tfaċċax għas-seduta tal-Qorti ta’ dalgħodu biex jixhed f’kawża ta’ libell li għandu kontrih.
Dan ġie żvelat hekk kif ġiet ippubblikata l-ittra uffiċjali mill-Qorti li turi biċ-ċar it-talba tal-Ministru Konrad Mizzi biex jiġi differit il-każ, minħabba li kien ser ikun imsiefer fuq xogħol uffiċjali fid-data partikolari.
Kemm Busuttil, u kemm Jason Azzopardi, ipprovaw jirbħu punti politiċi billi jigdbu fil-konfront tal-Ministru Mizzi f’dan ir-rigward.
Sussegwement, il-Qorti laqgħet ir-rikors tal-Ministru Mizzi u għarrfet lill-partijiet bid-deċiżjoni tagħha.