Il-problemi li qed isemmi Simon Busuttil huma kollha wirt tal-Gvern li kien jagħmel parti minnhom hu stess meta kien Viċi Kap.
Stqarr dan il-Partit Laburista, wara intervent telefoniku tal-Kap tal-Oppożizzjoni fuq Radio 101. Intervent li magħtulu prova jmerri l-istatistika tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika li din il-ġimgħa ikkonfermat li qed jonqsu dawk f’ riskju ta’ faqar u eskluzjoni soċjali qed jonqsu.
Gvern Nazzjonalista preċedenti kien iddikjara li sas-sena 2020 kien se jnaqqas il-faqar b’6,500, iżda mhux talli ma naqqsux, talli żiedu b’18,000. Min-naħa l-oħra, dan il-Gvern naqqas il-faqar b’5,000 fl-ewwel sentejn tiegħu.
Aktar minn hekk, Simon Busuttil qal li jrid li l-pensjonijiet għall-anzjani jogħlew. Dan meta taħt gvern Nazzjonalista , li tiegħu Busuttil kien viċi kap u kiteb l-manifesti elettorali, l-pensjonijiet għall-anzjani qatt ma zdiedu. Kien propju li fil-baġit li għadda li l-pensjonanti raw l-ewwel żieda f’25 sena.
Il-Partit Laburista qal li huwa dan il-Gvern li qed isolvi l-problemi li ħalla Gvern Nazzjonalista, permezz ta’ aktar investiment li jġib impjiegi ta’ kwalità u li qed inwassal għall-inqas rata ta’ qgħad, proġetti ta’ housing, azzjonijiet fuq fishfarms illegali u fuq Manoel Island biex jingħata aċċess liċ-ċittadini kif ukoll Enemalta u Gozo Channel li huma sostennibli u ħidma biex ikollna il-linja nazzjonali tal-ajru sostennibli ukoll.
Dan kollu, sotsna l-Partit, huwa konferma ta’ kemm Busuttil huwa negattiv u bitter.