Il-Kap tal-Oppożizzjoni se jibqa’ magħruf għan-negattività u għal-mod li bih jaqbad u jgħid affarijiet mingħajr wisq ħsieb.
Qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat fuq One Radio, b’referenza għal dak li qed jinsisti l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, ċioe li m’hemmx bzonn power station ġdida.
Li kieku ma jkunx hemm power station ġdida, kif qed jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni, pajjiżna jkollu 700 siegħa bla dawl, spjega l-Prim Ministru. Li tfisser xahar fis-sena bla dawl.
“In-nies iridu jgħixu f’pajjiż hekk?” staqsa l-Prim Ministru.
Dan, spjega l-Prim, huwa kalkolu sempliċi dwar x’għadnha kapaċità u l-kapaċità tal-interconnector. Aktar kemm jgħaddi ż-żmien, u aktar kemm tikber l-ekonomija, aktar se jkun hemm bżonn li jkun ġenerat l-elettriku, stqarr il-Prim Ministru.