Hija ċara, tonda u inekwivoka li Simon Busuttil irid jibqa’ jiddetta lill-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista.
Qal dan il-Ministru u Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona, li flimkien mal-Ministru u Deputat Prim Ministru Chris Fearne indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet.
Cardona sostna li mid-diskors li qed jgħid s’issa, Busuttil irid li min jilħaq floku, ikun negattiv daqsu. Żied jgħid li l-istil negattiv u agressiv ta’ Busuttil diġà ġie għal kollox imwarrab mill-poplu b’saħħa storika.
Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne spjega wkoll li minkejja li l-Kap tal-Oppożizzjoni ftaħar li din se tkun kampanja ġusta, il-Partit Nazzjonalista mmexxi minnu ħareġ kontra l-kandidati Adrian Delia u Frank Portelli.
Sostna li l-qasma fil-Partit Nazzjonalista hija tort ta’ Busuttil, li minkejja li wassal lill-istess Partit fl-agħar żminijiet tiegħu, irid jibqa jindaħal.