L-eks Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, irid isikket lil Alex Saliba, eks President tal-Forum Żgħażagħ Laburista u attivist tal-istess partit. Saħansitra għamel mistoqsija parlamentari fejn isuġerixxa li kellhom jittieħdu passi kontra tiegħu għaliex kiteb b’mod politiku fuq il-media soċjali, partikolarment facebook. Saliba jmexxi dak li hu l-EU secretariat.
Ċara ħafna kienet it-tweġiba tal-Ministru Helena Dalli.
“Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-uffiċċjali kollha li jaħdmu fis-Segretarjat tal-Unjoni Ewropea huma persons jew f’position of trust, għaldaqstant id-direttiva 5 kif ukoll id-direttiva emendata 5.1 dwar l-attiviżmu politiku ma japplikawx għalihom. Il-metodu tal-ingaġġ tal-istess ħaddiema ilu fis-seħħ mill-2004,” qalet il-ministru Dalli. Iżda, l-Ministru esponiet ukoll l-ipokrezija tal-istess Simon Busuttil.
“Rigward dak li ttella fuq il-midja soċjali mill-persuna li qed issir referenza għaliha, niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li l-predeċessur tal-Kap preżenti sa 8 xhur ilu, hekk kif jidher fl-iscreenshot li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, datata Mejju 2017, kienet tippostja materjal politiku fuq il-midja soċjali waqt li kienet tokkupa l-istess kariga u ma ttieħdux passi fil-konfront tagħha. Dak iż-żmien l-ebda Deputat tal-Oppożizjoni ma ħass li kellu jagħmel xi mistoqsijiet fuqha, anke meta l-Onorevoli interpellant kien hu Kap tal-Oppożizzjoni,” qalet il-Ministru Dalli.