It-tmienja u kwart huwa l-ħin li s-soltu l-attività ta’ taħt it-tinda tal-Partit Nazzjonalista tkun intemmet.
Hekk ġara fl-ewwel ġimagħtejn ta’ din il-kampanja elettorali. Iżda, illum ma kienx il-każ. Dan għax lill-Bormliżi Simon Busuttil għażel li jħallihom jistennew u ma marx fil-ħin.
Anke jekk fuq it-tieni distrett għandu tlettax–il kandidat, Simon Busuttil baqa’ ma wasalx meta dawn tkellmu kollha kemm huma.
Tant li l-preżentatriċi reġgħet talbithom jitkellmu darba kull wieħed. Laħaq dalam u Simon Busuttil kien għadu lanqas beda jitkellem.
Lil tal-Kottonera, Simon Busuttil l-ewwel insulentahom u issa ħallihom jistennew.