Il-politika il-ġdida u l-uċuħ il-ġodda ta’ Simon Busuttil qed jippromwovu politika ta’ firda.
Hi ħasra li f’Għawdex l-istar candidate tal-Partit Nazzjonalista, Salvu Mallia għażel li jgħajjar lill-Prim Ministru billi jgħidlu li hu “l-akbar diżastru li ħakem lil Malta mill-Pesta tal-1813 ‘l hawn”.
Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li minflok jidissasoċja u jikkundana lil Savu Mallia, il-Kap tal-Oppożizzjoni faħħar lil dan il-kandidat.
Hi ħasra li l-Partit Nazzjonalista waqa’ f’dawn il-livelli llum flok semma s-suċċessi li qed ikollu Għawdex bħal rekord ta’ impjiegi bi tlieta minn kull għaxar min-nies ifittxu xogħol sabuh u nħolqu d-doppju tax-xogħol tal-ħames snin ta’ qabel f’Għawdex, filwaqt li kellna tkabbir ekonomiku li kien akbar minn ta’ Malta.
Il-Partit Laburista stqarr li minkejja dawn is-suċċessi kollha Simon Busuttil jibqa’ iżolat fin-negattività u t-tgħajjir, iżda skont hu l-Partit Nazzjonalista huwa l-għażla naturali tal-Għawdxin , l-istess kif kienu jgħidu qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali meta kien Viċi-Kap u l-PN kien jgħid li Għawdex hu tal-Partit Nazzjonalista.
Għawdex hu tal-Għawdxin u l-Maltin kollha li ta’ kuljum qed jaħdmu biex jagħmlu minn din il-gżira suċċess. Il-poplu Malti u l-Għawdxi ma jridx ireġġa’ l-arloġġ lura għal politka ta’ firda.