Simon Busuttil u l-establishment tiegħu huma l-uniċi nies li huma negattivi u jbeżżgħu dwar l-investiment fil-qasam tas-saħħa. Il-Kap tal-Oppożizzjoni għazel li jiżola ruħu fuq dan l-investiment, minkejja li wieħed minn tiegħu stess, kien qed jgħid bil-kontra. L-eks Deputat tal-Partit Nazzjonalista Albert Fenech li qal li qed idejquh l-istejjer ivvintanti u affarijiet li n-nies jestrapolaw u jimmaġinaw dwar dawn il-proġetti tas-saħħa.
Fi stqarrija l-Partit Laburista spjega li lbieraħ dan ħareġ biċ-ċar.
Wara li l-Gvern dejjem saħaq dwar iċ-ċertezza tal-impjieg tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa, issa ġie ffirmat ftehim mal-MUMN li ta certeżża li l-ħaddiema f’dawn l-isptarijiet ser jibqgħu ħaddiema tal-Gvern.
Minkejja li l-Gvern mat-tħabbira ta’ dan l-investiment, dejjem assigura li l-ħaddiema għandhom ċ-ċertezza tal-impjieg tagħhom, ġimgħa wara l-oħra il-Kap tal-Oppożizzjoni baqa’ jbeżżgħa lill-ħaddiema biex jipprova jtappan il-ġid li ser jagħmel dan l-investiment fil-qasam tas-saħħa ta’ €200 miljun li ser jibbenefika minnu l-poplu Malti u Għawdxi kollu mingħajr joħroġ ċenteżmu, filwaqt li l-ħaddiema kollha għandhom xogħolhom garantit , b’aktar opportunitajiet għal futur.
Simon Busuttil għazel li jiżola ruħu fuq dan l-investiment, minkejja li wieħed minn tiegħu stess, kien qed jgħid bil-kontra. L-eks Deputat tal-Partit Nazzjonalista Albert Fenech li qal li qed idejquh l-istejjer ivvintanti u affarijiet li n-nies jestrapolaw u jimmaġinaw dwar dawn il-proġetti tas-saħħa.
Huwa ċar li Simon Busuttil u l-establishment politiku tieghu , huma l-unici li qed jagħżlu li jibqgħu negattivi fuq investimenti bħal dawn u qed jispiċċaw iżolati minn dak li hu ta’ gid għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin.