Stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista tgħid li l-PL m’għandu l-ebda problema li lill-giddieb isejjaħlu b’ismu. Simon Busuttil huwa l-aktar politiku giddieb fl-istorja ta’ pajjiżna.
Ilum saħansitra ġie żvelat li l-e-mail li ġiet ppubblikata sena ilu ma kellha x’taqsam xejn la ma’ Egrant u lanqas ma’ l-ebda każ li jissemma f’din il-kwistjoni kollha, sostna l-PL
L-istqarrija tgħid li Simon Busuttil meta mitlub jġib il-provi ta’ dak li qed jgħid, jerġa’ jagħmel bħal m’għamel quddiem il-Qorti u jgħid li ma jafx xejn.
Temmet tgħid li Simon Busuttil huwa bil-provi l-aktar politiku giddieb fl-istorja.