Simon Busuttil gideb meta ċaħad li ngħata iktar minn €500,000 donazzjonijiet. Iddikjara dan il-Partit Laburista fi stqarrija fejn innota li dalgħodu l-gazzetta Maltatoday żvelat żewġ fatti importanti li jkomplu jġibu l-pożizzjoni ta’ Simon Busuttil waħda prekarja.
L-ewwel fatt hu li ġie żvelat mill-Maltatoday li skont sorsi li raw l-invoices mill-2013 sal-lum, Simon Busuttil laqa’ f’but il-partit li jmexxi €600,000 mindu sar Kap hu fl-2013 u li marru għall-pagi tas-Segretarju Ġenerali u l-Kap Eżekuttiv tal-PN.
“Dan ifisser li Simon Busuttil gideb sfaċċatament nhar il-Ġimgħa li għadda meta lill-mezzi tax-xandir qalilhom li kienet invenzjoni tal-Partit Laburista li ħa iktar min-nofs miljun f’donazzjonijiet minn db Group.
Illum ġiet żvelata wkoll it-tieni kumpanija li fuqha ħarġu l-invoices foloz: Malta Healthcare li taħt Gvern Nazzjonalista rebħet it-tender biex tforni l-isptarijiet lokali bl-ikel.
“Żgur li din, bħall-ewwel kumpanija żvelata Sky Gourmet, ma għandiex bżonn tirreklama s-servizzi taghha,” innota l-Partit Laburista.
“Dawn huma fatti li jikkonfermaw li Simon Busuttil qed jigdeb iktar ma kull jum li jgħaddi fuq l-iskandlu li huwa waħdu responsabbli tiegħu,” qal il-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista temm jgħid li Busuttil huwa falz u ma jista’ qatt iktar jitkellem dwar governanza jew trasparenza għax kiser hu direttament il-liġi tal-finanzjament tal-partiti politiċi permezz ta’ donazzjonijiet illegali.
AGĦFAS HAWN GĦAL IKTAR DETTALJI DWAR L-AĦĦAR ŻVILUPPI