“Ikun aħjar jekk il-Partit ta’ Salvu Mallia jwieġeb flok jinfexx f’tgħajjir. Huwa ċar li Simon Busuttil għandu x’jaħbi fuq l-iskandlu tal-Lowenbrau.”
Dan kien kliem il-Partit Laburista b’referenza għall-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista li sejħet lil Ministru bħala “fake u iżolat”. Il-Partit Nazzjonalista ma laqgħax l-isfida li għamillu l-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonniċi biex jippubblika prova ċara li l-loan ta’ kwart ta’ miljun Ewro li kien tahom Zaren Vassallo ftit jiem wara d-deal tal-art tal-Lowenbrau tħallas lura u għalhekk il-poplu Malti u Għawdxi baqa fil-għama dwar dan il-każ.
Fi kliem il-Ministru, Simon Busuttil ma kienx kapaċi jippublika prova waħda li turi li l-kaz Lowenbrau ma kellu x’jaqsam xejn mal-għotja ta’ €250,000 li tahom il-benefattur u benefiċjarju tagħhom Zaren Vassallo. L-unika reazzjoni uffiċjali tal-PN kienet ‘get a life’ – tweġiba tipika tal-partit ta’ Salvu Mallia, li huwa partit tat-tpattija u attakki personali.
Il-gazzetta l-Orizzont tal-lum, ippublikat email li ntbgħatet fit-tmienja ta’ Jannar li għadda, u li Ann Fenech wieġbet sitt’ijiem ilu – fl-10 ta’ Jannar. Fejn Ann Fenech ikkonfermat li l-PN qed jikkonkludi diversi ftehim mal-kredituri tiegħu, inkluż is-Sur Vasssallo