Stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista
Minkejja ħafna dikjarazzjonijiet u storbju, il-Kap tal-Oppożizzjoni għadu s’issa ma ġabx prova waħda li hi waħda. Liema provi Busuttil ma jistax iġib, għax dawn il-provi ma jeżistux. Ma jeżistux għax huwa bbażża l-kampanja faħxija tiegħu fuq il-gideb.
Huwa għalhekk li Simon Busuttil jinsab taħt paniku u dahru mal-ħajt għax dak li bbażża ruħu fuqu ġie pruvat li huwa falz fejn propju s-Sibt li għadda Brian Tonna ppubblika dokumenti iswed fuq l-abjad li juru li l-kumpanija inkwistjoni hija tiegħu u ta’ ħadd aktar.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qiegħed f’paniku għax seħbitu ppubblikat transcript ta’ suppost dokument li fih hemm żbalji madornali li juru bl-aktar mod ċar kif huwa ffabbrikat.
Ikun tajjeb li flok jintilef fuq il-gideb, jirreaġixxi fuq il-fatti avolja ma jdoqqux għal widnejh; fatti bħal-qalba għall-gass u t-tieni l-akbar surplus fl-Unjoni Ewropea kollha li llum għandu pajjiżna.