Minkejja li kien propju fil-Mellieħa qrib il-kumpanija li esiġa mingħandna d-donazzjonijiet illegali, fil-jum li ħarġet konferma li Simon Busuttil ngħata €600,000 għall-pagi tal-ogħla żewġ uffiċjali tiegħu, l-Kap Nazzjonalista ma lissinx kelma waħda, qal hekk il-Partit Laburista fi stqarrija.
Il-PL qal li kien mitluf, ma jafx x’ħa jaqbad jgħid. Issa li ħarġet ukoll it-tieni kumpanija li ma tirriklamax imma Simon Busuttil ħareġ invoices foloz fuqha, l-Kap Nazzjonalista tilef il-kredibilità fuq kull ħaġa li jgħid.
L-istqarrija tgħid li rrefera għat-tkabbir ekonomika bħala bluff u teatrin. Ma jitwemminx. Tkaża fuq il-pensjonijiet wara li żdiedu għall-ewwel darba f’25 sena. Ma jitwemminx. Bħal predeċessur tiegħu, qal li l-Maltin jistħu minn pajjiżhom u jrid ikun hu biex jagħmilhom kburin. Ma jitwemminx.
Ma fadal issa ebda dubju. Busuttil huwa l-inqas persuna fil-politika lokali li jista jitkellem fuq it-trasparenza.Għalhekk falz, qal dan il-PL dan:
- Għax qal li m’hu fil-but ta’ ħadd, imma mar jitlob id-donazzjonijiet hu stess;
- Għax qal li kienu flus għal riklamar, imma ma jridx juri mqar riklam wieħed;
- Għax qal li ma jridx flus maħmuġin wara li nqabad, imma issa se jżommhom kollha.
L-istqarrija temmet tgħid Simon Busuttil falz. Jippriedka l-governanza, iwettaq l-illegalità.