Illum Simon Busuttil beda l-ġurnata billi wera kemm hu falz għax mal-ewwel okkażjoni diġa’ qal li ser jikser il-proposti tiegħu stess. Simon Busuttil qal li fl-ewwel jum jekk jitla’ Prim Ministru jaħtar Kummissarju tal-Pulizija hu stess mhux biż-żewġ terzi tal-Parlament kif wiegħed, biex jinvestiga l-allegazzjjonijiet li għamel il-Kap tal-Oppożizzoni stess, qal hekk fi stqarrija l-Partit Laburista.
Il-PL qal li dan wara li lbieraħ diġa’ għamel vroma fuq proposta oħra li jagħti 10 ,000 euro lil min imur jgħix Għawdex. Qal li hu qed jipproponi imma d-dettalji jagħtihom wara.
Temm jgħid li l-koalizzjoni ta’ konfużjoni tinsab konfuża fuq il-proposti għall-elezzjoni tagħha stess u fid-dawl ta’ dan tinfexx f’attakki ibbażżati fuq gideb.