Wara li ilu aktar minn sena għaddej b’attakki u gideb bla ħniena, il-Kap tal-Oppożizzjoni għax għandu dahru mal-ħajt biex jipprova jiskolpa ruħu mit-telfa elettorali massiċa li sofra l-Partit tiegħu, qed iwettaq attakk fuq il-ġudikatura u l-membri tal-istess ġudikatura, tant li l-Kamra tal-Avukati talbet lil Simon Busuttil biex jirtira d-diskors li qal.
Il-Partit Laburista qal li minflok irtira d-diskors li qal, Busuttil infexx f’mewġa oħra ta’ attakki kontra l-membri tal-ġudikatura għax huwa jemmen li jista’ jgħid u jagħmel li jrid. L-istqarrija kompliet tgħid li dan ma kienx l-ewwel każ fejn Busuttil talab ir-rikuża ta’ Maġistrat, kien seħħ l-istess f’każ li fih kien hemm involut Jason Azzopardi.
Min-naħa l-oħra l-Partit Laburista jaqbel jew ma jaqbilx mad-deċiżjonijiet tal-Qorti jibqa’ jirrispettahom għax hekk titlob ir-responsabbiltà u r-rispett lejn l-istituzzjonijiet.
Għalhekk, il-Partit Laburista qal li l-atteġġjament tal-Kap tal-Oppożizzjoni huwa verament tal-mistħija.