Simon Busuttil qal li fil-leġiżlatura li jmiss se jkun qed joħloq 30,000 post tax-xogħol, dan ifisser li l-‘viżjoni’ ekonomika tiegħu qed tara li se toħloq anqas impjiegi minn kemm Gvern Laburista rnexxielu joħloq fi żmien erbà snin.
B’reazzjoni għal dan, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li b’dan il-kliem Busuttil qed jammetti diġà li taħtu l-ekonomija se tkun qed tnaqqas ir-ritmu.
“Aħna fi żmien erbà snin biss ħloqna aktar minn 35,000 impjieg ġdid, 30,000 minnhom full-time u 5,000 oħra part-time. Simon Busuttil qed jgħid li f’ħames snin se joħloq inqas impjiegi minn kemm Gvern Laburista rnexxielu joħloq fl-aħħar erbà snin u qed jammetti kemm l-affarijiet li għandu f’moħħu se jwaqqfu l-ekonomija tal-pajjiż,” spjega Joseph Muscat.