Kmieni l-Ħamis filgħodu Hibernians FC ħabbru li wara qbil bejn iż-żewġ partijiet, Silvio Vella mhuwiex ser jibqa jmexxi lill-Hibernians matul l-istaġun li ġej. Vella kien inħatar kowċ tal-stess Hibernians matul is-sena 2023 fejn kien ħa post it-Taljan Andrea Pisanu.
F’stqarrija fuq il-paġna uffiċjali tal-klabb fuq facebook Hibernians sostnew li għalkemm il-klabb għandu kull fiduċja f’Silvio Vella, minħabba r-rispett reċiproku u sens ta’ irġulija li dejjem kien hemm bejniethom, il-partijiet waslu għal din id-deċiżjoni fl-aħjar interess taż-żewg naħat.
Il-klabb irringrazzja lill-Silvio Vella tad-dedikazzjoni u lejalta’ li dejjem wera lejn il-klabb u jawgura lill Silvio kull suċċess għall-futur.
Hibernians FC għaddejjin bil-ħidma sabiex jinstab kowċ ieħor li jieħu f’idu t-tim tal-pagun bl-ex kowċ ta’ Hamrun Spartans Branko Nisevic fost il-favoriti. Nisevic diġa mexxa lill-Hibernians FC fil-passat u saħansitra anke rebaħ il-Kampjonat bħala kowċ ma’ Hibernians FC.
Ritratt: Hibernians FC Media