Il-kowċ tat-Team Malti ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 23 player għall-impenn diffiċli fis-Centenary Stadium nhar is-Sette Guigno kontra l-Iżvezja, partita valida minn Grupp 6 ta’ Kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-istess kategorija.
Fl-Iżvezja f’Ottubru li għadda ż-żgħażagħ Maltin kienu sfaw megħluba 3-0.
Erba’ uċuħ ġodda fl-iskwadra proviżorja li tirraporta għat-taħriġ nhar it-Tnejn bl-ewwel sessjoni fis-sitta ta’ filgħaxija.
Dawn huma d-difensur Nicholas Pulis frisk mill-ewwel esperjenza ta’ unuri ma’ Valletta dan l-istaġun, il-midfielder Yannick Yankam u l-attakkant Jan Busuttil li kienu strumentali biex Qormi u Pieta’ Hotspurs irritornaw fil-Kampjonat Premier u l-Għawdxi Christian Mercieca li ukoll kellu staġun tajjeb ma’ Victoria Hotspurs Champions ġodda tal-futbol Għawdxi.
Lura fl-iskwadra Aidan Jake Friggieri wara staġun pożittiv li matulhu kien pedina mportanti biex St.Andrews reġgħu żammew posthom fl-ogħla diviżjoni tal-football Malti.
Il-kumplament tal-iskwadra hija konfermata wara wirja pożittiva għat-Team Nazzjonali ta’ taħt il-21 sena f’telfa rispettabli lil hinn minn xtutna f’Marzu li għadda, 4-2 kontra l-qawwa tat-Turkija.
Joseph Mbong, Myles Beerman, Jake Grech u Kieran Nwoko li ssejħu fl-iskwadra tal-kbar għat-training camp ta’ tmiem l-istaġun fl-Awstrija, mistennija jingħaqdu ma’ din l-iskwadra fil-jiem ta’ qabel l-impenn mal-Iżvezja.
Ritorn f’din l-iskwadra proviżorja ta’ taħt il-21 sena għad-difensur ta’ Valletta Jean Borg wara l-esperjenza tiegħu fit-team tal-kbar fit-telfiet riċenti f’logħbiet ta’ ħbiberija kontra l-Lussemburgu u l-Finlandja.
Skwadra proviżorja Malta U21 :-
Goalkeepers – Jake Galea (Ħamrun Spartans), Matthew Grech (Floriana), Andreas Vella (Mosta).
Difensuri – Jean Borg (Valletta), Michele Sansone (Sliema Wanderers), Nicholas Pulis (Valletta), Karl Micallef (Ħamrun Spartans), Neil Tabone (Żejtun Corinthians), Kurt Zammit (Birkirkara), Kurt Shaw (Sliema Wanderers).
Midfielders – Conor Borg (AS Roma), Yannick Yankam (Qormi), Dylan Agius (Pieta’ Hotspurs), Nikolai Muscat (Gżira United), Dunstan Vella (Hibernians), Zack Scerri (Gżira United), Juan Corbolan (Gżira United).
Attakkanti – Jurgen Degabriele (Hibernians), Jan Busuttil (Pieta’ Hotspurs), Aidan Jake Friggieri (St.Andrews), Zachary Brincat (Mosta), Dexter Xuereb (Mosta), Christian Mercieca (Victoria Hotspurs).