Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella ħabbar il-lista finali ta’ plejers li ser ikunu eliġibbli jilgħabu għat-tim nazzjonali Malti nhar il-Ġimgħa li ġej kontra l-Belġju, f’logħba oħra ta’ kwalifikazzjoni mill-Kampjonati Ewropej tal-istess kategorija.
L-iskwadra tat-tim nazzjonali tinkludi plejers b’esperjenza mat-tim nazzjonali tal-kbar fosthom Jean Borg, Dunstan Vella, Myles Beerman, Jake Grech, Jurgen Degabriele u Kyrian Nwoko.
Kurt Zammit ta’ Birkirkara FC ser ikun qed jirritorna wara li tilef t-telfa ta’ 4 – 0 kontra Svezja. Anke Mathew Guillaumier ta’ Birkirkara FC irritorna wara li tilef parti kbira mill-istaġun li għadda.L-iskwadra magħżula hija din:-
Gowlers:-Jake Galea (Sliema Wanderers), Matthew Grech (Floriana).
Difensuri – Jean Borg (Valletta), Kurt Shaw (Sliema Wanderers), Karl Micallef (Ħamrun Spartans), Kurt Zammit (Birirkara), Michele Sansone (Sliema Wanderers), Dunstan Vella (Hibernians).
Midfielders – Myles Beerman (Birkirkara), Matthew Guillaumier (Birkirkara), Nikolai Muscat (Gżira United), Yannick Yankam (Qormi), Zach Scerri (Gżira United), Dylan Agius (Pieta’ Hotspurs), Jake Grech (Birkirkara).
Attakanti – Jurgen Degabriele (Hibernians), Zachary Brincat (Mosta), Jan Busuttil (Pieta’ Hotspurs), Kyrian Nwoko (Valletta), Christian Mercieca (Victoria Hotspurs).
Malta kontra l-Belġju nhar il-Ġimgħa fil-17.00 fl-iStadium taċ-Ċentinarju.