Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella ħabbar l-skwadra finali għal logħba ta’ ħbiberija li t-tim Malti għandu għada kontra l-Ġeorġja.
Din il-logħba ser tkompli sservi ta’ preparazzjoni għal logħbiet li ser jintlagħbu f’pajjiżna f’Ottubru minn Grupp 6 tal-Kampjonati Ewropej kontra l-Ungerija u Ċipru rispettivament.
Wara t-telfa ta’ 4 – 0 kontra l-Belgju, ftit huma l-bidliet li għamel Vella. Zach Brincat ta’ Mosta FC u Yannick Yankam ta’ Qormi FC ma jibqgħux parti mill-skwadra filwaqt li d-difensur Nicholas Pulis ta’ Valletta FC ġie inkluż.
L-skwadra finali hija din:-
Goalkeepers – Jake Galea (Sliema Wanderers), Matthew Grech (Floriana).
Difensuri– Jean Borg (Valletta), Kurt Shaw (Sliema Wanderers), Karl Micallef (Ħamrun Spartans), Dunstan Vella (Hibernians), Nicholas Pulis (Valletta), Kurt Zammit (Birirkara), Michele Sansone (Sliema Wanderers).
Midfielders – Myles Beerman (Birkirkara), Matthew Guillaumier (Birkirkara), Nikolai Muscat (Gżira United), Zach Scerri (Gżira United), Dylan Agius (Pieta’ Hotspurs), Jake Grech (Birkirkara).
Attakanti – Jurgen Degabriele (Hibernians), Jan Busuttil (Pieta’ Hotspurs), Kyrian Nwoko (Valletta), Christian Mercieca (Victoria Hotspurs).
Malta kontra l-Ġeorġja se ssir għada fil-17:00 fic-Centenary Stadium.