Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri ltaqa’ mal-ko-fundatur ta’ Apple, Steve Wozniak. Wozniak sostna kif il-blockchain hi l-futur u li Malta hi għaqlija li titfa’ ħarsitha fuq l-industrija tal-blockchain.
Dan waqt li kien qed jindirizza konferenza li kienet qed issir mill-kumpanija tal-iGaming, GiG.