Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri ipparteċipa fil-Forum Finanzjarju tal-Eurofi fil-kapitali tal-Estonja f’Tallin. L-Eurifil hija organizzazzjoni mingħajr profitti li timmira biex tgħin l-industrija u dawk li jieħdu deċiżjonijiet fil-qasam finanzjarju. F’dan il-forum sar enfasi fuq il-qasam tal-Fintech, settur li ma jistax ikun eskluż mis-suq kapitali.
Silvio Schembri saħaq li qafas għal Fintech jrid jipprovdi bilanċ bejn il-protezzjoni tal-konsumatur u msieħba oħra nvoluti f’dan il-qasam, għaldaqstant, issokta jgħid is-Segretarju Parlamentari, trid tinħoloq ekosistema ideali għal sehem akbar tal-Fintech fid-dinja finanzjarja u li minnha jistgħu jibbenefikaw għadd ta’ kumpaniji
Dan iwassal għal benefiċċju akbar għall-ekonomija fl-istess waqt li jkun hemm tisħiħ tal-ekonomija diġitali, qal Schembri.
F’din id-diskussjoni ħadu sehem ukoll il-President tal-EuroFi David Wright, id-Deputat Direttur tad-Diaprtiment Ewropew fi ħdan il-Fond Monetarju Internazzjonali Mahmood Pradhan u l-Viċi President tal-Bank Ewropew għall-Investimetn Jonathan Taylor .