L-eks Prim Ministru Taljan, Silvio Berlusconi jinsab lest għar-ritorn tiegħu fil-politika wara koalizzjoni li appoġġja hu stess, rebħet l-elezzjonijiet reġjonali fi Sqallija.
Ir-rizultat izid il-momentum għall-alleanza ġdida li ġiet iffurmata taċ-ċentru lemini.
Il-vot fuq il-gzira Taljana qed jitqies bħala test kruċjali qabel l-elezzjoni nazzjonali tas-sena d-dieħla.
Il-karriera tan-negozjant billjunarju ta’ wieħed u tmenin sena ddgħajfet minn skandli mill-Gvern u barra mill-Gvern.
Berlusconi ilu ‘l barra miċ-ċentru politiku minn mindu tkeċċa mill-parlament erba’ snin ilu wara li ġie kkundannat bi frodi fiskali.