Siegħa u nofs ta’ dibattitu dwar Malta fil-Parlament Ewropew raw lill-Prim Ministru jitkellem bi kburija dwar il-bidliet li saru f’pajjiżna biex isaħħet is-saltna tad-dritt, filwaqt li kien iebes meta ġie biex jikkoreġi fatti żbaljati instigati minn min għandu interess jgħamel ħsara lill-pajjiżna. Fi Strasburgu kien ċar kristall; is-servizzi finanzjarji m’humiex l-uniku sors għas-suċċess ta’ pajjiżna u s-sistema ta’ tassazzjoni Maltija hi konformi ma’ regoli Ewropej.