Il-Parlament Malti llum wara nofsinhar ikkundanna l-attakk barbaru li sar f’Nizza fil-Jum Nazzjonali ta’ Franza nhar il-Ħamis u wera solidarjetà mal-poplu Franċiż.
Il-Prim Ministru qal li ma jaħsibx li hemm kliem biżżejjed biex wieħed jesprimi s-sentimenti ta’ dispjaċir u ta’ rabja li jqanqal f’kull persuna ta’ rieda tajba attakk bħal dan. Huwa qal li anqas stat pulizjek ma jista’ jżomm it-terroriżmu iżda hija l-edukazzjoni l-akbar arma li għandna biex persuni li jagħmu attakki kodari u selvaġġi jirrealizzaw li dawn mhumiex affarijiet tad-dinja ċivilizzata.
Id-deputat kap tal-Oppożizzjoni Mario de Marco ingħaqad mal-Prim Ministru fil-kliem ta’ kundanna għal dan l-attakk. Qal li l-valuri li l-Prim Ministru semma huma relevanti llum aktar minn qatt qabel.
Inqtal li Nizza għandha komunità Musulmana kbira li dejjem għexet fil-kwiet ma’ komunitajiet oħra u allura mhux sew li xi ħad jipponta subajh lejha minħabba l-aġir ta’ bniedem wieħed.
L-ispeaker Anġlu Farrugia ingħaqad ma’ dawn is-sentimenti u talab lill-membri jagħmlu minuta silenzju f’rispett lejn il-vittmi.