Madwar 90,000 uffiċjal tal-Pulizija, se jkunu qed jiġu mobilizzati nhar lejliet l-ewwel tas-sena, għal aktar sigurtà, u biex jipprevjenu kwalunkwe każ ta’ xi attakk terroristiku, fi Franza.
Madwar 6,000 Pulizija se jkunu stazzjonati fil-belt kapitali, Pariġi.
Dan hekk kif madwar, 1.5 miljun persuna huma mistennija jattendu għaċ-ċelebrazzjonijiet tas-sena l-ġdida fit-triq Champs Elysees.
Geràld Darmanin, li huwa l-Ministeru għall-Intern Franċiż, qal li hemm periklu għoli ta’ xi attakk terroristiku, anke minħabba l-gwerra li tinsab għaddejja fil-Lvant Nofsani, bejn Iżrael u l-Hamas.
Diversi drones se jiġu uzati għal aktar sigurtà, filwaqt li eluf ta’ suldati u għexieren ta’ eluf ta’ pumpiera ġew ukoll imsejħa sabiex jassistu.
Iċ-ċelebrazzjonijiet f’Pariġi, se jinkorporaw il-logħob tal-Olimpjadi, li se jiġu organizzati f’Pariġi din is-sena, logħob tan-nar, u proġezzjonijiet tad-dawl fuq l-Arc de Triomphe.
Fit-2 ta’ Diċembru ta’ din is-sena, turist inqatel viċin it-torri Eiffel, f’attakk li ġie meqjus bħala attakk terroristiku.