F’Malta hawn madwar 1,000 Skoċċiż.
Dawn ġew Malta għal logħba bejn l-Italja u l-Skozja li se tintlagħab illejla f’Ta’ Qali. Tant kien hemm entużjażmu li saħansitra l-Gvern tagħhom ħareġ travel advice. Ħafna minnhom qed joqogħdu f’lukandi viċin Paceville u huwa mistenni li llejla jinżlu hemm biex jiddevertu.
one.com.mt huwa mgħarraf li ssejħu Pulizija iktar minn normal għal li jista’ jinqala’, speċjalment wara l-aħħar ġlied meta kien hawn il-Kroati.