L-inkwiet ta’ kull sid ta’ qattus fi żmien il-Milied hu li jispiċċa bis-siġra tal-Milied żarmata jew aktar minn hekk jispiċċa mingħajrha.
Dan hekk kif kull min għandu qattus jew aktar minn wieħed jaf kemm is-siġar tal-Milied jinżlu għasel mal-qtates.
Kien proprju għalekk li l-kumpanija Argos nediet ‘nofs’ siġra. Dan hekk kif filwaqt li s-soltu s-siġra tal-Milied tkun tibda bil-friegħi tas-siġra jaslu sal-art, din is-siġra tibda min-nofs bil-kumplament ikun iz-zokk tas-siġra.
Dan sabiex jekk kellek xi qattus jew forsi annimal ieħor li kien iħobb jiddendel mas-siġra jew forsi jneħħi t-tiżjin minn magħha, b’siġra bħal din ma jkunx jista’ jilħaq.
Is-siġra hi waħda artifiċjali u tista’ tintrama b’mod faċli fejn qed tinbiegħ għal £33.33.