Id-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Istati Uniti rrapporta kif għal sigħat twal setgħu jinstemgħu ħsejjes ta’ taħbit taħt il-baħar. Dan b’rabta mal-għibien tas-sottomarin li kien qed jagħmel żjara turistika qrib it-Titanic.
Wara li ngħatat indikazzjoni minn ajruplan Kanadiż, apparat apposta ta indikazzjoni li sa erba’ sigħat wara setgħu jinstemgħu t-taħbit taħt il-baħar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Is-CNN irrapportat wkoll li nstemgħu għadd ta’ ħsejjes u mhux biss taħbit.
Il-kuntatt mas-sottomarin intilef madwar siegħa u tliet kwarti wara li qabad triqtu lejn is-sit tan-nawfraġju mal-kosta ta’ Newfoundland fil-Kanada.
Il-membri fuqu fadlilhom inqas minn 30 siegħa ta’ ossiġnu.