B’differenza għall-Oppożizzjoni, Gvern Laburista diġà ppubblika il-kuntratti maġġuri kollha. B’kuntrast il-poplu ilu jistenna aktar minn xahar biex Simon Busuttil jippubblika l-invoices foloz tal-iskema pagi PN.
Il-Partit Laburista għamel referenza għall-ftehim tal-Korsa taż-Żwiemel tal-Marsa, kuntratt li ġie ppubblikat illum “minkejja li mhux il-prassi tas-soltu u żgur mhux il-mod kif kienu jsiru l-affarijiet qabel taħt Gvern preċedenti, dan il-Gvern ippubblika dan il-ftehim,” spjega l-Partit Laburista.
Ftehim ta’ proġett ta’ fejda li fi kliem il-Partit Laburista hija ħasra li l-Oppożizzjoni qed tipprova ttellef.
Il-mistoqsija tiġi waħidha la jitkellem tant fuq trasparenza, meta bi ħsiebu jippubblika l-invoices?