Erbatax –il tunnellata ta’ sigaretti tal-kuntrabandu u 24 tunnellata ta’ trab tal-ħasil, ukoll tal-kuntrabandu, inqabdu minn uffiċjali tad-dwana waqt li kienu għaddejin mill-Port Ħieles ta’ pajjiżna.
Il-kontejners li kien fihom dan il-materjal kienu spezzjonati u iktar tard miżmuma mill-awtoritajiet Maltin. Id-dwana Maltija qed tibqa’ tkun sieħeb importanti fil-ġlieda biex titktisser l-idea li wieħed jista’ jikkopja u jmexxi kemm irid materjal tal-kuntrabandu. Il-ksur ta’ liġi tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali qed jittieħed b’serjeta kbira fuq livell internazzjonali anke għaliex hija meqjusa bħala ta’ detriment għall-ekonomiji u d-dwana Maltija dejjem kellha sehem importanti.