Nishel Nacev ta’ 27 sena mill-Maċedonja ta’ Fuq u li joqgħod San Ġiljan ngħata multa ta’ €1,050 wara li ammetta li hedded u insulta Pulizija u li rreżista l-arrest.
Quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke nstema’ kif ir-raġel ġie mwaqqaf mill-pulizija minħabba li kien qiegħed ipejjep ġo stabbiliment tad-divertiment f’San Ġiljan.