Is-siġar kollha tal-prinjol li tħawlu nhar il-Ħadd 18 ta’ Frar 2018, waqt l-attivita’ “Ingawduh u Niehdu Hsiebu Flimkien” li kienet organiżata mill-Għaqda distrettwali tal-Mellieħa fi ħdan il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), liema Għaqda hija risponsabbli mill-amministrazzjoni tar-Riżerva tal-FKNK fl-Aħrax tal-Mellieħa, ġew vandaliżati u nqalgħu mill-għeruq. Dan ġara bejn il-lejl tal-24 u l-25 ta’ Frar.Tqaċċtu wkoll is-siġar tal-Bruk li tħawwlu madwar sena ilu waqt attivita’ oħra organiżata mill-istess GħKNK – Mellieha b’risq Puttinu Cares. Filfatt, il-maġġoranza ta’ dawn is-siġar kienu tħawlu minn familjari li kienu bbenefikaw minn Puttinu Cares, flimkien ma voluntieri tal-istess Puttinu Cares.