Fil-leaks tal-ICIJ jissemmew ukoll persuni li għandhom rabtiet kbar fil-Partit Nazzjonalista.
Fost dawk li jidhru fit-tagħrif tal-Konsorzju ta’ Ġurnalisti Internazzjonali (ICIJ) hemm ċertu Boris Xerri: eks teżorier tal-Partit Nazzjonalista u ras kbira fl-uffiċċju elettorali tal-istess partit. Tant li jidher ħafna drabi fil-counting hall u jkun fuq quddiem anke meta jkun hemm xi elezzjoni interna fil-Partit Nazzjonalista.
Fuq kollox Boris Xerri huwa wkoll ħabib kbir tal-Viċi-Kap Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami u ħuh Michael Fenech Adami. Filwaqt li huwa fdat ħafna minn Simon Busuttil u qrib tiegħu wkoll.
Mit-tagħrif tal-ġurnalisti li ppubblikaw Panama Papers jirriżulta li Xerri għandu l-irwol ta’ Officer & Master Clients. Skont it-tagħrif tal-ICIJ jirriżulta li dan ifisser li huwa bniedem li għandu rwol f’entita offshore u li jgħin lill-klijenti jwaqqfu kumpaniji offshore.
Kumpaniji li tant kritika l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar xhur. Boris Xerri huwa wkoll Direttur f’kumpaniji Offshore irreġistrati l-British Virgin Islands.
Fl-aħħar xhur Boris Xerri attenda l-protesti li organizza l-Partit Nazzjonalista kontra l-koruzzjoni partikolarment kontra l-ftuħ ta’ kontijiet fil-Panama u barra pajjiżna.
L-ICIJ mistennija jippubblikaw iktar tagħrif b’rabta ma’ kontijiet u involviment ta’ Maltin f’Panama Papers.
Intant, Boris Xerri wieġeb permezz tal-avukat tiegħu Joe Zammit Maempel. Qalilna hekk:
B’riferenza għall-artikli “Qrib Simon u u l-PN f’Panama Papers”, li dehru fil-One Boris Xerri jiddikjara:
1. Illi huwa qatt ma kien involut f’kumpaniji reġistrati l-Panama la direttament u anqas indirettament.
2. Illi huwa kien debitament reġistrat mal-MFSA (bħala direttur ta’ Unifin Services Limited) biex iservi bħala direttur fiduċjarju għal terzi.
3. Kumpanija li oriġinarjament kienet reġistrata f’Malta ġiet redomiciled fil-British Vergin Islands fl-2008; b’dan kollu ġiet infurmata l-Malta Financial Services Authority (MFSA).
4. L-azzjonisti kienu kollha (100%) barranin u ma jirrisjedux f’Malta. Il-kumpanija ġiet likwidata u maghluqa fl-2012.
5. Wara li ġiet redomiciled barra minn Malta, Boris Xerri kien ġie nominat fiduciary director ta’ din il-kumpanija sa ma ingħalqet fl-2012.
6. Boris Xerri ma għandu u ma kellu ebda azzjoni (share/s) jew interess finanzjarju f’din il-kumpanija, ħlief professjonalment kif fuq ingħad.
NOTA EDITORJALI: Fi ftit kliem ikkonferma li kien involut ma’ kumpanija ‘offshore’ li tant jitkellem kontra tagħhom il-Kap tal-Oppożizzjoni. F’dan il-każ il-kumpanija qiegħda fil-British Virgin Islands u mhux il-Panama. Filwaqt li aħna nsostnu li m’hemm xejn illegali dan huwa każ ieħor li jesponi d-double standards tal-PN.
ISEM BORIS XERRI FIT-TAGĦRIF TAL-ICIJ
BORIS XERRI MA’ PAUL BORG OLIVIER
BORIS XERRI SODISFATT LI SIMON BUSUTTIL SAR KAP