L-Aħwa Jonathan u Kurt Bonnett ta tnejn u ghoxrin u ghoxrin sena rispettivament tressqu l-qorti b’akkuzi li ħebbu għal uffiċċjali tal-Pulizija meta dawn tal-aħħar kienu fuq xogħolhom jagħmlu infurzar mill-Awtorita tal-Ippjanar fi scrapyar illegali f’Birżebbuġa li tagħha l-aħwa Bonett huma sidien.
Quddiem il-Maġustrat Joe Mifsud l-Ispettur Colin Sheldon spjega kif fil-ħin tal- intervent, Jonathan Bonnett hedded lill-uffiċċjali tal-Pulizija li kien ser iwaddbilhom ġebla qabel ma dawn żammewh mal-art filwaqt li ħuh sakkar lilu nniffsu f’vettura u għajjat mal-Pulizija biex ‘iħallu lill-karozzi fejn huma’.
L-Ispettur Sheldon qal li it-tnejn kienu arrestati bħala prekawzjoni u kien innutat ukoll kif sena ilu, wieħed mill-aħwa ħebb għal ġurnalisti li kienu qed jirrappurtaw tifi tan-nar fl-iscrapyard.
It-Talba għal- ħelsien mill-arrest kienet miċħuda u il-Maġistrat Mifsud tenna li azzjonijiet ser jittieħdu b’mod immeddjat biex nipproteġu lill-Pulizija, biex b’hekk ma jsofrix il-pubbliku.